Innu tal-Banda


Wegħda f'waqtha kienet saret
Meta tħabbret banda ġdida
Tant b'saħħitha u glorjuża
B'armonijiet u fiduċja
Ġos-Siġġiewi festa għamlu

B'għajta waħda għalenija
Kollha qamu f'daqqa jgħajtu
B'risq u barka 'Viva l-Banda'
Hekk kif xieraq issa għandna
Banda kbira hekk qawwija

Kliem u Mużika: Mro. Paul Busuttil
Is-Surmat Mro. Paul Busuttil iddedika dan l-Innu tal-Banda għal kull min kellu sehem fit-twaqqif ta' l-Għaqda Siġġiewi Brass Band & Social Club (Festival)